Għaddis mingħajr apparat Diving
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal GĦADDIS MINGĦAJR APPARAT għandu tlett partijiet. L-ewwel, isir is-sinjal għal GĦADDIS imqassar, biż-żewġ idejn. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 u tieqaf bil-pala tħares ’l isfel. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ V bil-pala tħares ’il ġewwa. Iż-żewġt iswaba’ jitqiegħdu bil-ponot tas-swaba’ imissu l-pala tal-id il-wieqfa u jinżlu ’l isfel. Imbagħad isir is-sinjal għan-NEGATTIV. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 u timsaħ ħafif ma’ taħt il-geddum bin-naħa tal-wiċċ tal-id. Fl-aħħar, id waħda tieħu l-forma ta’ 5 ikkurvata bis-swaba’ mifrudin u titqiegħed quddiem il-parti t’isfel tal-wiċċ, tgħatti l-ħalq.
The sign for DIVING has three parts. First, the shortened sign for DIVING is made with both hands. One hand takes the shape of 5 and is held stationary with the palm facing downwards. The other hand takes the shape of V with the palm facing inwards. The two fingers are placed with the fingertips touching the palm of the stationary hand. They then move move downwards. Then, the sign for NEGATIVE is made. One hand takes the shape of 5 and brushes lightly under the chin with the top of the hand. Finally, one hand takes the shape of curved 5 with fingers apart and is placed in front of the lower part of the face, covering the mouth.